Lokali

Il-Ministru Refalo jibqa’ jiddefendi lil Scicluna

Ma għandix xi nżid ma’ dak li qal il-Prim Ministru.

Hekk wieġeb il-Ministru Anton Refalo, meta mistoqsi għalfejn qed jibqgħu jżommu lil Edward Scicluna bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Dan minkejja li 22 għaqda niżlu fit-toroq jipprotestaw ‘Għal Malta Nadifa’ u jitolbu għar-riżenja ta’ Scicluna. Konferma oħra li l-Gvern ta’ Robert Abela ma jismax dak li qed jgħidu l-unions, l-għaqdiet mhux governattivi kif ukoll l-istudenti.

Meta mistoqsi jekk hux se jibqgħu jiddefenduh, il-Ministru Refalo kompla bl-istess retorika.

Edward Scicluna, flimkien ma’ Chris Fearne, mistenni jitressaq il-Qorti Kriminali nhar id-29 ta’ Mejju, u fost l-oħrajn qed jaffaċċja akkużi ta’ frodi relati mal-ftehim tal-isptarijiet.