L-Iran tikkonferma li l-President Ebrahim Raisi miet meta l-ħelikopter tiegħu ġġarraf f’reġjun tal-Majjistral il-Ħadd.
“Il-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, l-Ayatollah Ebrahim Raisi, kellu inċident waqt li kien qed jaqdi dmiru għall-poplu tal-Iran u miet martri,” qalet l-aġenzija Mehr tal-Iran hekk kif media oħra rrappurtaw ukoll l-aħbar.
Il-gvern Iranjan qal li se jkompli jopera mingħajr l-iċken tfixkil. Il-Gvern Iranjan qal li l-katavri tal-President Raisi u oħrajn li mietu fit-tiġrif tal-ħelikopter, ġew irkuprati u l-operazzjonijiet ta’ tfittxija spiċċaw.
//= $special ?>