Raġel ta’ nazzjonalità barranija weġġa’ ħafif wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt argument li seħħ f’Għawdex.
Kelliem għall-Pulizija qal li l-argument seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta 9.15, fl-inħawi tal-venda, fir-Rabat, Għawdex.
Il-Pulizija marret fil-post u arrestat raġel ta’ 37 sena mill-Ghana filwaqt li tim mediku mar fil-post sabiex jassistu lir-raġel li waqa’.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza fejn ftit tal-ħin wara ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>