“Jien Joseph Muscat”, kiteb Jason Micallef fuq Facebook. Bl-esponent tal-Labour ikompli jħeġġeġ lin-nies sabiex nhar it-Tlieta, barra l-Qorti, jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-Eks Leader Laburista. Dan meta fil-verità, hemm lista sħiħa ta’ nies mil-Labour (jew qrib tiegħu) li se jkunu qed jitressqu quddiem il-Qorti akkużati bl-involviment tagħhom fid-deal skandaluż tal-isptarijiet.
Fuq Facebook, Jason Micallef qed iħeġġeġ lin-nies sabiex il-ġimgħa d-dieħla jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Muscat. Iżda fl-ebda ħin mhu jtenni l-istess appoġġ għal nies bħal Konrad Mizzi, Keith Schembri, Edward Scicluna jew Chris Fearne – konferma li kulħadd qed jaħseb għal rasu, u li tal-Labour spiċċaw iduru għal xulxin biex isalvaw ġildhom minn dak li possibbilment huwa l-akbar skandlu fl-istorja ta’ pajjiżna.
Il-prova li kulħadd qed jaħseb għal rasu toħroġ minn dak li kiteb Muscat stess, meta fuq Facebook stqarr li lest jitkellem għalih u mhux għal ħaddieħor. Filwaqt li anke Chris Fearne dejjem insista li se jibqa’ jitkellem dwaru, u dwaru biss.
L-Eks Prim Ministru Joseph għandu ordni ta’ ffriżat fuq rasu li jlaħħaq it-€30 miljun filwaqt li Eks Ministri għandhom ukoll ordni ta’ ffriżat li jlaħħqu l-miljuni ta’ ewro. Akkużati oħra jinkludu diversi Segretarji Permanenti li għandhom jitressqu akkużati bi frodi, korruzzjoni u ħasil ta’ flus.
Dan kollu hekk kif il-Pulizija ħarġet akkużi kriminali kontra diversi individwi u kumpaniji b’rabta mal-iskandlu tal-Vitals Global Healthcare.
//= $special ?>