Lokali

Jitfakkar il-125 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tax-Xbieha tal-Madonna tal-Mellieħa

Is-Società Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa se tfakkar il-125 anniversarju mill-Inkurunazzjoni tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Mellieħa meqjuma fis-Santwarju Nazzjonali tagħha, fil-Mellieħa, b’akkademja mużiko-letterarju fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa taħt il-Patroċinju tal-Qassis Novel Rev. Dun Karl Andrew Schembri.

Dan l-avveniment storiku, ser isir nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2024 fit-8pm.

Tieħu sehem il-Banda La Vittoria taħt id-direzzjoni tad-Direttur Mużikali Ryan Mallia u bil-parteċipazzjoni tal-Kor Cappella Musicale Caeciliana taħt id-Direttur Mużikali Abraham D’Amato u bl-akkumpanjament tal-Arpa minn Lydia Buttigieg.

Se jieħdu sehem erba’ narraturi membri tas-Soċjetà – Charles Borg, Kriss Debono, Monica Bonnici Fenech u Diane Cutajar.

Il-Knisja Arċipretali se tkun imlibbsa għall-okkażjoni bi dwal, audio u arranġamenti tal-fjuri. Imexxi s-serata Keith Micallef .