Futbol Sport

Juventus b’rimonta fl-aħħar kwarta

Juventus salvaw draw ta’ 3-3 fl-aħħar kwarta tal-partita wara li kienu 3-0 minn taħt kontra Bologna. It-tim ta’ Thiago Motta mar fil-vantaġġ wara żewġ minuti permezz ta’ Riccardo Calafiori. Santiago Castro rdoppja fil-11-il minuta qabel ma Calafiori għamilhom 3-0.

Ir-rimonta ta’ Juventus bdiet fis-76 minuta permezz ta’ Federico Chiesa biex gowls ta’ Arkadiusz Milik u Kenan Yildiz fit-83 u fl-84 minuta, għamluhom 3-3.

F’partita oħra, Verona kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Salernitana. Tomas Suslov poġġa lil Verona fil-vantaġġ fit-22 minuta qabel ma’ Michael Folorunsho għamilhom 2-0 qabel il-mistrieħ. Lejn it-tmiem, Giulio Maggiore għamel l-iskor 2-1.