Il-kundizzjonijiet tat-temp li Malta esperjenzat fil-jiem li għaddew ħolqu sfidi għall-organizzaturi tal-Foiling 100, tellieqa tal-windsurfing minn Malta għal Ragusa, imtellgħa mill-Malta Young Sailors Club.
War li t-tellieqa lejn Ragusa ġiet imħassara s-Sibt, ġiet ikkunsidrata wkoll il-possibbiltà li tiġi minn Ragusa għal Malta, nhar il-Ħadd. Sfortunatament, in-natura kapriċċuża tal-elementi minħabba ragħad, xekklu -pjanijiet ukoll, u ħalliet lill-kumitat organizzattiv bl-unika għażla, għal skopijiet ta’ sigurtà, li jkopri l-korsa ta’ 100 km madwar il-gżejjer Maltin.
L-Uffiċjal tat-Tlielaq Andrew Wilson spjega li d-deċiżjoni li eventwalment titqassar il-korsa, kienet ibbażata biss fuq is-sigurtà tal-kompetituri u t-timijiet li kienu qegħdin jsegwuhom fuq il-baħar. It-tiġrija twaqqfet madwar nofshinhar minħabba front kbir tat-temp li laqat il-gżejjer Maltin.
Il-flotta kienet maqsuma f’żewġ kategoriji, il-Klassi Olimpika IQFoil u kategorija ġenerali Open Windfoil. Ir-rebbieħ overall kien Kamil Manowiecki, li hu atleta bbażat f’Malta, segwit mill-windsurfer veteran Malti Jean Paul Fleri Soler u l-windsurfer professjonali Ġermaniż Nico Prien. Fl-IQFoil, l-ewwel żewġ pjazzamenti kienu l-istess, iżda t-tielet post ittieħed mill-Malti Shaun Miggiani.
“Kenet l-intenzjoni tal-Club li jorganizza tiġrija ta’ 100km iżda t-temp iddeċieda mod ieħor. Għalkemm il-bidla tal-pjanijiet oriġinali tagħna hija ta’ diżappunt, huwa ċar mill-kummenti li rċevejna li kollha, inklużi l-ħbieb barranin tagħna, jistennew bil-ħerqa l-opportunità li jiġru fil-korsa oriġinali fil-futur. Il-lezzjonijiet li tgħallimna fi tmiem il-ġimgħa se jintużaw tajjeb”, irrimarka Christian Bajada, Commodore, Malta Young Sailors Club.
Bajada temm billi rringrazzja lill-voluntiera, l-uffiċjali u l-isponsors kollha li kkontribwew il-ħin, l-għarfien espert u l-appoġġ finanzjarju tagħhom lejn Foiling 100.
//= $special ?>