Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:30 pm, sewwieq ta’ mutur tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u spiċċa daħal f’barrikati fil-Qala, Għawdex.
Tim mediku mar fi Triq Zewwieqa sabiex jassistu lill-vittma, raġel ta’ 35 sena residenti r-Rabat, Għawdex, li kien qed isuq mutur Honda FSH.
Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>