L-eċċelenza tagħha l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono, żaret il-park arkeoloġiku tal-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex – post storiku li hu meqjus bħala wirt dinji mill-UNESCO – u qalet li l-Ġgantija hu mafkar ta’ 8000 sena storja ta’ pajjiżna.
Waqt li żaret iċ-ċentru tal-viżitaturi, il-President Myriam Spiteri Debono ngħatat tagħrif dwar l-iskavi, sejbiet u studji li saru u għadhom isiru f’dan il-post storiku. Hija kellha wkoll l-opportunità żżur ix-xogħlijiet artistiċi ta’ Ibrahim Mahama li bħalissa jinsabu fil-Ġgantija.
Il-President ta’ Malta attendiet ukoll għal pontifikal solenni fil-Parroċċa tal-Viżitazzjoni fl-Għarb, Għawdex, fl-okkażjoni tal-250 anniversarju mit-twaqqif tal-Kolleġġjata.
Aktar tard tul il-jum, il-President żaret ukoll il-Fondazzjoni OASI fejn iltaqgħet mill-qrib mar-residenti u mal-istaff.

