L-ebda membru tal-Kabniett ma kien komdu jgħid li se jkun qed jattendi flimkien mal-miġemgħa li uffiċjali tal-Gvern tal-Labour qed isejħu sabiex nhar it-Tlieta filgħodu jinġabru quddiem il-Qorti b’turija ta’ solidarjetà mal-Eks Prim Ministru Joseph Muscat – appell li qed isir minn nies bħal Manuel Cuschieri, Jason Micallef, Charlon Gouder u oħrajn.
It-Tlieta waranofsinhar Net News kien barra Kastilja jistenna l-membri tal-Gvern wara l-laqgħa tal-Kabinett, fejn stqasejna lil uħud mid-Deputati Laburisti x’se jkunu qed jagħmlu ġimgħa oħra… iżda ħadd minnhom ma qal li se jkun qed jattendi.
Huwa evidenti li l-Gvern tant jinsab taħt pressjoni, li spiċċa jappella għal kalma – madanakollu ebda messaġġ ta’ solidarjetà ma’ Muscat u sħabu. Dan filwaqt li Scicluna u Fearne huma minsija minn sħabhom. Joseph Muscat se jitressaq il-Qorti fit-28 ta’ Mejju… akkużat bi frodi u ħasil ta’ flus fost oħrajn – u huwa proprju għalhekk li Emmanuel Cuschieri u oħrajn qed isejħu għal laqgħa ta’ solidarjetà. Iżda fl-istess waqt abbandundaw għalkollox lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi… kif ukoll b’mod tal-għaġeb lid-Deputat Laburista preżenti Chris Fearne.