Baqa’ inqas minn ġimagħtejn ċans biex wieħed jiġbor id-dokumenti tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew mill-għases tal-Pulizija.
Id-dokumenti jistgħu jinġabru mill-għases tal-lokalità. Fejn mhemmx għassa, jinġabru mill-Kunsill Lokali.
Dan il-proċess jibqa’ għaddej sat-2 ta’ Ġunju.
Wara li l-voti ġew imqassma fid-djar, kien għad baqa’ 86,990 vot għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li kienu għadhom ma nġabrux – li jfisser 23.5% tal-votanti eliġibli.
Min-naħa l-oħra, għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali għad hemm 161,278 vot li kienu għadhom ma nġabrux; li jfisser 35.3% tal-votanti eliġibbli.
L-elezzjonijiet se jkunu qed isiru s-Sibt 8 ta’ Ġunju. Għalkemm ġimgħa qabel – fl-1 ta’ Ġunju – se jkun hemm l-early voting.
//= $special ?>