Il-kampanja qed tibqa’ dominata minn ħafna għajat u attakki – bil-Prim Ministru Robert Abela mill-ġdid reġa’ tkarrab għall-fiduċja ta’ dawk preżenti waqt li talabhom għal mandat ieħor; daqslikieku ġejja elezzjoni ġenerali.
Diskors li fih Robert Abela deher kollox apparti kalm; fejn talab biex il-poplu jibqa’ b’saħħtu imma kalm. Dan filwaqt li baqa’ ossesjonat fil-kelma establishment, li ilu jsemmi mill-bidu tal-kampanja għall-MEPs.
Waqt din l-attivtà tkellmet ukoll Maria Sara Vella Gafà li spjegat kif fi 11-il sena… Gvern Labursista ta s-saħħa lil Maltin
11-il sena li fihom suppost inbena sptar ġdid f’Għawdex, 11-il sena li fihom suppost l-Isptar San Luqa nbidel fi sptar li jattira t-turiżmu mediku – però li fil-verità l-poplu Malti ma ħa xejn. Anzi, insteraq €400 miljun.
Fl-istess attività, Owen Bonnici tkellem dwar l-iżbalji tal-Labour.
Waqt li għamel diskors li fih kompla jbeżża’ bl-establishment, il-Ministru Bonnici spiċċa hu wkoll jittallab għall-fiduċja f’Robert Abela u jappella lin-nies biex jibqgħu sodi.
Minkejja l-ħafna appelli… ħadd minn dawk li tkellmu ma appellaw biex in-nies ma jattendux għall-protesta tat-Tlieta 28 ta’ Mejju quddiem il-Qorti, fejn il-partitarji mistennija jaghtu appoġġ lil Joseph Muscat.
//= $special ?>