Lokali

Jappella għall-protezzjoni wara vandaliżmu fuq is-swar tal-Floriana

F’post fuq il-media soċjali l-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista James Aaron Ellul appella għall-protezzjoni u azzjoni immedjata rigward is-sitwazzjoni tas-swar tal-Floriana.

Hu sostna li seba’ snin ilu kien ressaq mozzjoni sabiex jiġi pproteġut il-masġar u s-swar tal-madwar, però baqa’ kollox fuq l-ixkaffa. Tkellem ukoll dwar l-ammont ta’ telqa li hemm fil-Masġar tal-Ġublew u l-ammont ta’ skart li akkumula għal snin twal, riżultat ta’ tmexxija ħażina.

James Aaron Ellul spjega kemm hu importanti l-vot tat-8 ta’ Ġunju, sabiex ikollna l-aqwa nies jirrappreżentawna fil-lokalitajiet tagħna.