Rapporti fil-media qed jgħidu li persuna tilfet ħajjitha u oħrajn sofrew minn xi ġrieħi wara taqlib fl-arja li laqat ajruplan li telaq minn Londra lejn Singapore.
L-ajruplan Boeing 777-300ER kellu jdur u jinżel f’Bangkok meta abbord kellu total ta’ 211-il passiġġier u 18-il membru tal-ekwipaġġ.
Il-Ministru tat-Trasport ta’ Singapore, Chee Hong Tat, qal li l-Gvern se jkun qed joffri l-assistenza kollha meħtieġa lill-passiġġiera u lill-qraba tagħhom, iżda naqas milli jgħid kemm huma dawk li sofrew minn xi ġrieħi.
Mhux ċar x’seħħ eżatt fuq l-ajruplan biex wasal biex saħansitra persuna titlef ħajjitha.
//= $special ?>