Il-Gvern Spanjol sejjaħ lill-Ambaxxatur lura minn Buenos Aires fost tilwima li qed tiħrax mal-Arġentina. Dan wara li l-President Arġentin Javier Milei, waqt żjara f’Madrid, fisser il-mara tal-Prim Ministru Spanjol Soċjalista, Pedro Sanchez, bħala ‘korrotta’ – mingħajr ma hu rrefera għaliha b’isimha.
Intant, Milei – li għadda l-kummenti waqt rally organizzat mill-Partit (estremista tal-lemin) Vox – fisser id-deċiżjoni għall-iritrar tal-ambaxxatur bħala waħda ‘assurda’. Dan meta fi Spanja għad hemm spekulazzjoni kbira dwar l-aġir ta’ Begoña Gómez fi żmien politiku partikularment delikat għal żewġha,
Il-Ministru Spanjol għall-Affarijiet Barranin, José Manuel Albares, dritt wara l-kummenti ta’ Milei, kien sejjaħ lill-Ambaxxatur Arġentin biex jinsisti miegħu għal apoloġija pubblika – u li baqgħet ma ngħatatx.
Fl-istess ħin, Spanja qed tqis il-każ bħala ‘uniku’ fil-qasam diplomatiku – bi stqarrija minn Madrid tgħid li ma hemm l-ebda preċident fejn ‘Kap ta’ Stat żar il-kapitali ta’ pajjiż ieħor fejn insulenta lill-istituzzjonijiet lokali fost l-indħil ċar fl-affarijiet interni tal-pajjiż inkwistjoni’.
//= $special ?>