Lokali

Twissija biex ma jsirx għawm fil-bajja tal-Balluta, in-naħa tal-lemin, San Ġiljan

Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm fil-bajja tal-Balluta, in-naħa tal-lemin, San Ġiljan, minħabbail-preżenza ta’ kontaminazzjoni mikrobioloġika, E. coli u I. Enterococci, li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.

Tabelli li jindikaw iz-zona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar.