Kulħadd kelma waħda – bl-iskema tal-Gvern, kollox baqa’ l-istess. Anzi, għal certu familji, il-piż tal-għoli tal-ħajja kompla jiżdied.
Dan kien is-sentiment li ħareġ b’mod car fost in-nies li kienu qed jagħmlu l-qadi tagħhom ta’ kuljum fi Triq ir-Repubblika, il-Belt. Diversi persuni qalu li ma ħassew ebda differenza fil-kont tax-xirjiet tagħhom.
Saqsejna wkoll lin-nies kif qed jiġu affettwati bil-piż tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda kostanti fil-prezzijiet. Huma stqarrew magħna li l-pjaga tal-għoli tal-ħajja hija waħda reali fost il-familji Maltin u Għawdxin.
Bosta persuni spjegaw ukoll kif l-ammont ta’ prodotti li kienu jixtru b’€50 ftit tas-snin ilu kien numeruż – iżda llum il-ġurnata, bl-istess ammont ta’ flus tixtri ferm u ferm anqas.
B’ħafna jgħidu li bl-iskema Stabbiltà – li tant jiftaħar biha Robert Abela – ma raw l-ebda tnaqqis fil-prezzijiet u għaldaqstant ma raw l-ebda differenza fil-kontijiet tax-xirja tagħhom.
//= $special ?>