Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannat 38 xahar ħabs lil Somalu ta’ 20 sena li mess sider tfajla fuq karozza tal-linja, ħarab mill-kustodja tal-Pulizija u li rreżista bi vjolenza lill-Pulizija għal 38 xahar ħabs u dan meta kienet mal-għarus tagħha.
Il-każ seħħ fil-5 ta’ Novembru li għadda meta xufier ta’ karozza tal-linja waqqaf il-vettura li kien qed isuq viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u rrapporta li kien hemm passiġġier li mhux jaġixxi sew. It-tfajla, li kienet fuq il-karozza tal-linja mal-ġuvni tagħha, qalet lill-Pulizija li l-ġuvni messilha sidirha u l-Pulizija arrestatu għalkemm f’ħin minnhom irnexxielu jaħrab.
Ahmed Salah Mowlid, instab ħati li wettaq att ta’ natura sesswali fuq it-tfajla u offenda l-pudur tal-vittma, li hedded uffiċjal pubbliku u rreżistih, li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq pulizija, li ħarab mill-kustodja, li kien xurban u qal kliem dispreġġattiv.
Huwa ammetta, bil-Maġistrat Frendo Dimech ikkundannatu 38 xahar ħabs fejn irrimarkat li din hi piena eċċessiva għal reati kontemplati bl-artikolu 207 tal-Kodiċi Kriminali. Sostniet ukoll li din il-piena teċċedi bosta pieni aktar serji inkluż dik ta’ offiża ħafifa u riċiklaġġ fejn il-minimu huwa ta’ sena priġunerija
Waqt li rrimarkat kif l-artikolu 207 ġie emendat biex beda jġorr piena ta’ bejn tlieta u seba’ snin ħabs, il-Qorti żiedet li l-piena hi sproporzjonata għal għemil fejn mess sider tfajla u ordnat li kopja tas-sentenza tintbagħat lill-Ministru għall-Ġustizzja u lill-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>