Internazzjonali

Matthew Perry: Investigazzjoni kriminali dwar il-mewt tal-protagonista tas-sensiela Friends

 

Il-Pulizija ta’ Los Angeles (LAPD) fetħet investigazzjoni kriminali oħra dwar il-mewt ta’ Matthew Perry, wieħed mill-atturi protagonisti tas-sitcom popolari ‘Friends’, li nstab mejjet fil-hot tub tas-swimming pool tiegħu fit-28 ta’ Ottubru tal-2023.

It-traġedja seħħet f’Pacific Palisades, f’Kalifornja u r-rapport uffiċjali kien li Perry miet mill-effetti tal-ketamine, li jintuża bħala ‘pain killer’. Intant, sitt xhur wara mewtu, il-Pulizija u l-membri tad-Drug Enforcement Administration

Fil-fatt, l-investigaturi konfermaw, issa, li t-traċċi tal-ketamine( forma ta’ anaesthetic) fid-demm tal-attur huma s-suġġett għal din l-investigazzjoni li qed jieħu ħsiebha l-eżaminatur mediku ewlieni f’Los Angeles.

Il-ketamine, fl-aħħar snin, kien qed jintuża wkoll bħala droga għal waqt il-parties u l-investigaturi jridu jaraw jekk setax kien hemm xi skop malinn li kellu jwassal – volontarjament jew le – għall-mewt tal-attur popolari, fl-età ta’ 54 sena.