Lokali

“Hemm min ikun imlebleb biex jingiref”

Fi kliem l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, nhar it-Tlieta li ġej se jkun hemm min ikun “imlebleb biex jingiref” – stqarrija li saret quddiem ġemgħa ta’ partitarji Laburisti f’Ħaż-Żabbar, fejn kompla jitlob għall-appoġġ qabel it-Tlieta li ġej jitressaq il-Qorti b’ċitazzjoni.

L-Eks Prim Ministru qed jaffaċċja akkużi ta’ frodi, korruzzjoni u ħasil ta’ flus b’rabta mas-serqa tal-isptarijiet.

Quddiem il-partitarji li nġabru fit-triq, Muscat qal li japprezza s-solidarjetà li qed tintwera miegħu, ma’ martu u ma’ familtu.

“Min irid juri solidarjetà mhux se nindaħallu”, stqarr Muscat. Dan filwaqt li wissa fuq dak li jista’ jiġri nhar it-Tlieta li ġej barra l-Qorti.