Lokali

Ħu ħsieb li sat-Tnejn tkun għaddejt id-dokumenti tal-vot ta’ residenti f’San Vinċenz de Paul

Il-Kummissjoni Elettorali qed tavża lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument/i għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul, li dawn għandhom jassiguraw  li dawn id-dokument/i għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa  mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, is-27 ta’ Mejju, 2024.

Dan hu meħtieġ sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel il-preparamenti u l-verifiki sabiex tassigura li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar ukoll li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paul iżda preżentament residenti fl-imsemmi post, ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, l-1 ta’ Ġunju, 2024, f’din ir-residenza.