Iktar kmieni llum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech spjega kif il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem biex jassigura Kunsilli Lokali effettivi għalik.
Il-Partit Nazzjonalista apparti programm elettorali speċifikat għal kull lokalità, ħabbar proposti li se jkunu qed jaħdmu għalihom Kunsillieri Lokali Nazzjonalisti f’kull lokalità biex jassiguraw Kunsilli Lokali effettivi għalik.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħares lejn il-proposta biex f’kull lokalità ssir ħidma ta’ studju u analiżi dwar l-iżvilupp tal-lokalità, il-carrying capacity ta’ kemm tiflaħ il-lokalità biex nassiguraw l-investiment infrastrutturali meħtieġ għall-bżonnijiet tal-lokalità.
F’dan ir-rigward ukoll se ssir ħidma ta’ kordinazzjoni tat-traffiku tal-lokalità, biex in-nies ma jibqgħux ibatu l-konsegwenzi tat-traffiku.
Elenka wkoll il-fatt għal ambjent san, fejn isir aktar xogħol fuq il-ġbir tal-iskart u ż-żamma tal-post tittejjeb, bil-Kunsilli Lokali jingħataw aktar awtorità f’dan l-ambitu.
Fil-messaġġ tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li filwaqt li Robert Abela hu ffukat biex jiżra’ l-firda u bit-teoriji ta’ firda, il-Partit Nazzjonalista huwa ffukat li jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali għalik, għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Għal kull lokalità, il-Partit Nazzjonalista se jkollu wkoll għadd ta’ proposti li jikkonċentraw fuq il-ħtiġijiet tal-lokalità.
//= $special ?>