Politiku estremista Ġermaniż, qed iwaqqaf il-kampanja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew wara li hu informa lil gazzetta Taljana li l-membri tal-SS – Schutzstaffel, jew il-grupp paramilitari tan-Nażisti responsabbli mill-mijiet tal-atroċitajiet waqt it-Tieni Gwerra – ma jridux jitqiesu awtomatikament bħala ‘kriminali’.
Il-kumment ta’ Maximilian Krah, kandidat tal-partit estremista tal-lemin Alternative fur Deutschland (AfD), ħoloq furja sħiħa – iżda, fl-istess ħin, ma jidhirx li hu għandu jitira l-kandidatura tiegħu għall-elezzjonijet ta’ Ġunju.
Fil-kummenti tiegħu lil La Repubblica, Krahl qal li ‘filwaqt li kien hemm kważi miljun membru tal-SS, wieħed irid jikkalkula l-livell ta’ ħtija (għar-reati kontra l-bniedem) fuq bażi individwali’. Hu kompla li ‘jippereferi li jkun jaf x’kienet għamlet persuna qabel jiddikjaraha bħala kriminali’.
Sadanittant, il-Partit Raly Nazzjonali ta’ Franza – ukoll entità estremista tal-lemin – iddikjarat li qed tinqata’ kompletament minn mal-AfD fil-Parlament Ewropew.
Il-Kap tal-partit, Marine Le Pen, infurmat lir-Radju ta’ Franza, li hu importanti li jitwaqqaf hekk-imsejjaħ ‘cordon sanitaire” bejn dawn iż-żewġ entitajiet radikali… Terminu li jużaw il-partiti politiċi biex jiċħdu l-kooperazzjoni mal-movimenti meqjusa bħala wisq estremisti. Fl-istess ħin, Le Pen – meqjusa wkoll bħala ‘estremista kbira’ f’pajjiżha — qalet li kien wasal iż-żmien biex il-partit tagħha jiddistakka ruħu għal kollox minn mal-AfD.
//= $special ?>