Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista għandu pjan konkret għalik” – Michael Piccinino

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, f’attività politika f’Misraħ Santa Venera, f’ Santa Venera, fetaħ id-diskors tiegħu billi wiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi li ser ikompli jaħdem kontra l-frodi elettorali li qed jagħmel il-Parit Laburista għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali. Huwa assigura li l-Partit Nazzjonalista qiegħed għassa biex il-Partit Laburista ma jkomplix jagħmel dan it-tip ta’ frodi.

Huwa qal li l-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela, moħħu biex jinstiga l-mibegħda fil-pajjiż u nesa li xogħlu huwa li jiggverna lill-pajjiżna, li jagħti t-triq ‘il quddiem f’dan il-pajjiż.

Piccinino saħaq li Benard Grech qiegħed jassigura kunsilli lokali effettivi għall-poplu. Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista ħejja programm elettorali għal kull lokalità u nieda programm elettorali bi proposti fuq livell nazzjonali. Fost il-proposti huwa semma’ li ser jiffukkaw fuq il-carrying capacity, investiment infrastrutturali biex ikunu komdi ċ-ċittadini, kif ukoll soluzzjoni għal-problema tal-iskart.

Intant, Piccinino għalaq id-diskors tiegħu b’appell lill-Prim Ministru Robert Abela biex jekk jixtieq li jkun hawn kalma fil-pajjiż għandu jindirizza l-problemi li qed jaffettwaw lill-poplu Malti u Għawdxi