Il-kumpanija Monin qed issejjaħ lill-bartenders ta’ taħt is-27 sena biex jesponu l-ħiliet tagħhom fit-taħlit tax-xorb billi jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Monin Cup Malta.
Il-Monin Cup 2024 hi kompetizzjoni globali li tiċċelebra t-talent u l-kreattività. Matulha l-parteċipanti jkunu mistennija juru l-oriġinalità u t-teknika tagħhom billi jikkompetu għat-trofew tant mixtieq tal-Monin.
F’dinja li qed tħaddan aktar ix-Xejra tan-No/Low ABV, Monin qed tistieden lill-bartenders żgħar u b’talent, li twieldu fl-1997 jew wara, biex jibagħtu cocktail innovattiv b’kontenut alkoħoliku ta’ mhux aktar minn 8% qabel it-taħlita.
Ir-reġistrazzjonijiet għal din il-kompetizzjoni jagħlqu t-Tnejn 10 ta’ Ġunju 2024. Il-kompetizzjoni ssir il-Ħamis, 27 ta’ Ġunju 2024.
Min jirbaħ l-edizzjoni ta’ Malta jieħu sehem fil-gran finali li se jsir f’Diċembru, f’Bourges, Franza, il-qalba ta’ Monin.
It-Tazza tal-Monin tfisser ħafna iżjed minn kompetizzjoni. Il-parteċipanti jistgħu jitgħallmu bil-gwida tal-esperti, li huma bartenders magħrufa, u mill-kollaboraturi ta’ Monin li jevalwaw il-preżentazzjoni, it-teknika, u, fuq kollox, it-togħma tat-taħlita tal-cocktails. Din il-kompetizzjoni toffri wkoll okkażjoni biex tipprova t-togħmiet differenti tax-xorb ta’ Monin, u biex tiskopri possibbiltajiet bla limitu ta’ xorb mingħajr alkoħol jew bi ftit li xejn.
Il-kompetizzjoni toffri esperjenza indimentikabbli għax il-parteċipanti jkollhom iċ-ċans jiddiskutu u jaqsmu l-ideat tagħhom ma’ bartenders promettenti oħra minn madwar id-dinja, u joħolqu relazzjonijiet kompetittivi imma fl-istess ħin amikevoli, eċitanti, u pjaċevoli.
Monin għandha patrimonju rikk u impenjata biex tiskopri togħmiet differenti, tant li f’aktar minn seklu ħolqot sinfonija ta’ syrups u liquers mill-aqwa. Monin temmen li għandha tisfida l-limiti, tħaddan l-innovazzjoni, u timbotta l-kreattività.
Għal aktar dettalji, biex tirreġistra, jew biex tagħmel kuntatt, ikteb fl-indirizz: monincup2024@farsons.com.
//= $special ?>