Hi ċara aktar minn qatt qabel li l-edukazzjoni f’pajjiżna mhux prijorità u dan huwa tort tal-awtoritajiet tal-Gvern.
Hekk saħqet studenta tal-MCAST f’ittra inidrizzatta mill-SDM fejn sostniet li hija tal-mistħija kif il-protesti ilhom sena għaddejjin u l-istudenti qed jibqgħu jbatu.
F’ittra indirizzata lill-persuni responsabbli, din l-istudenta tal-MCAST staqsiet għalfejn l-istudent għandu jitkarrab għall-informazzjoni rigward l-eżamijiet li jrid ipoġġi għalihom hu stess.
L-istudenta tal-MCAST spjegat kif għat-tieni darba konsekuttiva f’inqas minn tmien t’ijiem, data oħra ta’ eżami reġgħet ġiet immexxija bla ebda garanzija jekk hux se ssir jew le. Hu għalhekk li staqsiet din l-istudenta x’ se jiġri mis-‘synoptics’ jekk dawn l-eżamijiet se jibqgħu jitmexxew.
Intant, l-istudenta tal-MCAST temmet l-ittra billi saħqet li l-istudenti tal-MCAST ħaqqhom ħafna aħjar.
//= $special ?>