Lokali

Persuni jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ serqa minn residenza u vjolenza kontra uffiċjal pubbliku


Illum, għall-ħabta tal-11:30, il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo.

Żewġ persuni se jkunu akkużati b’rabta ma’ serqa minn residenza, filwaqt li żewġt irġiel oħra se jkunu akkużati b’rabta ma’ każijiet separati ta’ użu ta’ vjolenza kontra uffiċjal pubbliku; u serq, fost oħrajn.