Sport

Suċċess Malti fl-Iron Taekwondo League fis-Serbja

Michela Scerri kisbet suċċess f’kompetizzjoni internazzjonal u f’Asteriks Cup meta ddistingwiet ruħha bir-rebħ ta’ żewġ midalji tad-deheb fl-Iron Taekwondo League, fis-Serbja.

Fil-kategorija Junior 42 kg Scerri rebħet kemm E2 Event kif ukoll l-Asteriks Cup. Fil-process hija ma tilfet ebda rawnd u rebħet lil tliet atleti 2 – 0.

Jean Schembri fil-cadets 37 kg kiseb il-bronż wara tliet ġlidiet u tilef kontra l-Moldova fil-kwartifinali filwaqt li Ashik Sunil fil-kategorija 80 kg kiseb il-midalja tal-fidda wara li kiem megħlub mir-Rumanija fil-finali.

Fil-kontinġent ikkompetew ukoll Ferguson Galea junior fil-55 kg u Brayden Micallef u Robin Zammit fil-kategoriji cadets 45 kg u 41 kg rispettivament.

F’din il-kompetizzjoni fejn Iron Taekwondo League temmew fil-11-il post minn 100 klabb, kien hemm 1,400 partecipant minn 24 pajjiż fosthom l-Oman u l-Għarabja Sawdija. It-tim Malti kien immexxi minn Gianluca Barbara u mill-kowc nazzjonali Dirmit Vodinaj li huwa wkoll kowċ mal-klabb.