Lokali

Tkompli l-kampanja negattiva ta’ Robert Abela

Attakki, biża’, u partiġjaniżmu.

In-negattivita tkompli tiddomina l-kampanja elettorali tal-Labour.

Dan hekk kif jum wara jum qed tkompli toħroġ fid-deher il-qasma fil-Partit Laburista, fejn min naħa hemm min qed iħeġġeġ lin-nies biex jipprotestaw u min-naħa l-oħra hemm min qed jappella għall-kalma u jgħid li mhux se jkun qed jattendi għall-protesta ta’ nhar it-Tlieta… b’appoġġ għal Joseph Muscat.

Fil-Ħamrun, il-Ministru Clyde Caruana għamel diskors li fih iddominat is-sejħa għall-għaqda, fejn fost oħrajn spiċċa jikkwota l-innu tal-Partit Laburista, jitlob għall-għaqda u jitkarrab għall-voti.

Waqt li saħaq ukoll li Gvern Labursita żied l-investiment fis-saħħa… u wara li biegħ l-Air Malta, saħaq li saħħaħ il-linja nazzjonali ta’ Malta.

F’din l-attività tkellem ukoll il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburisa Thomas Bajada. li minn naħa tiegħu kompla bir-retorika tal-ħsara li qed issir fi Brussel.

Il-Prim Ministru minn naħa tiegħu għażel li jkompli jigdeb dwar il-pakkett lill-għalliema. Dan minkejja li l-President tal-MUT ta ultimatum ta’ ġimgħa… filwaqt li ma kien hemm l-ebda żblokk fin-negozjati.