Governanza tajba fit-tmexxija tan-negozji tal-familja.
Dan huwa l-punt li l-aktar hemm bżonn li negozji tal-familja jaħdmu fuqu skont dak illi ħareġ minn stħarriġ li għamlet il-Kamra tal-Kummerċ – studju li ġie ppreżentat f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħamis filgħodu, u li għaliha l-Ministru Silvio Schembri ma attendiex minkejja li kien ikkonferma l-attendenza tiegħu.
Dan l-istħarriġ wera kif 70% tan-negozji ma kellhomx membru indipendenti fil-bord tad-diretturi.
Fi kliem iċ-Chairperson tal-Kumitat taċ-Chamber li taħtu jaqgħu n-Negozji tal-Familja, Sulivan Mifsud, dan il-punt dwar il-governanza huwa inkwetanti. Tant li jinħass il-bżonn ta’ pjan stategiku.
Fost dawk li fil-bord tad-diretturi tagħhom m’għandhomx membru indipendeni, 19% minnhom jemmnu li m’għandhomx bżonn pjan strateġiku, waqt li 46% jemmnu li għandhom bżonn ifasslu pjan.
Marthese Portelli, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerc, qalet li din il-problema hija xi ħaġa li l-Gvern għandu bżonn jindirizza hekk kif il-liġi għandha bżonn tiġi reveduta.
Skont dan l-istħarrig, l-iktar ħaġa importanti għan-negozji tal-familji hija li jtejbu l-financial performance tagħhom… waqt li governanza aħjar qiegħda fl-14-il post.
Dan l-istħarriġ sar fost 160 negozju tal-familja li jvarja fid-daqs, u kien jinkludi minn ħwienet lokali tal-merċa sa negożji kbar u anke intrapriżi li jimpjegaw mat-300 ħaddiem.
//= $special ?>