Jien se nkun qed inkompli bil-ħidma tiegħi.
Hekk wieġbet il-Minsitru Julia Farrugia Portelli meta ġiet mistoqsija hekk hux se tkun qed tmur il-protesta organizzata minn Manuel Cushcieri nhar it-Tlieta li ġej; dakinhar li Joseph Muscat se jkun qed jitressaq fil-Qorti Kriminali quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.
B’hekk, il-Ministru Farugia Portelli indikat li mhux se tkun qed tagħti l-appoġ tagħha lill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat li qed jiġi akkużat b’ ħasil ta’ flus, frodi, koruzzjoni u asoċjazzjoni kriminali.
Madanakollu hi qed tkompli tagħti l-appoġġ tagħha lill-Eks Deputat Prim Ministru Chris Fearne li ser ikun qed jitressaq l-għada, l-Erbgħa 29 ta’ Mejju, akkużat bi frodi relatati mal-ftehim tal-isptarijiet.
Fearne għadu qed iżomm ir-rwol tiegħu bħala Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, waqt li Edward Scicluna li qed jiffaċċja l-istess akkużi ta’ Fearne għadu granfat mar-rwol tiegħu ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali.
//= $special ?>