Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech Ii-Ħamis wara nofsinhar kellu l-opportunità li jsegwi mill-qrib il-ħidma siewja kif ukoll interessanti ferm li jagħmlu l-voluntieri u l-ħaddiema tar-Red Cross Malta.
Red Cross Malta toffri diversi servizzi fosthom dawk ta’ fejn il-baħar, għajnuna f’każ ta’ kriżi, għajnuna ta’ emerġenza fuq il-baħar li hija unika tat-tip tagħha…. kif ukoll servizzi tal-ambulanza hekk kf din l-NGO għandha 17-il ambulanza, li hi l-akbar flotta ta’ ambulanzi f’Malta.
Madwar 100 persuna huma membri ta’ din l-organizzazzjoni. Madanakollu, is-servizzi li joffru jitolbu għal ħafna iżjed ħaddiema kif spjega l-President ta’ din l-għaqda Edward Grupetta.
Din iż-żjara serviet biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jifhem il-ħidma li l-NGOs kif ukoll entitajiet oħra jagħmlu għall-ġid ta’ pajjiżna.
Benrard Grech spjega li huwa importanti ħafna li jkun hemm ħidma ta’ prekawzjoni biex jitnaqqsu ċertu riskji.
Ir-Red Cross ilha topera f’Malta 33 sena, u hija l-unika NGO li topera b’liġi internazzjonali.
Red Cross Malta hija organizzazzjoni li hija separata mill-Gvern u li tirċevi biss €18,000 li kollha kemm huma jmorru biex jitħallsu affiliation fees internazzjonali.
Preżenti għal din il-laqgħa flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalsita kien hemm ix-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Graziella Galea; kif ukoll il-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Miriana Testaferata di Noto.
//= $special ?>