Laqgħat ma’ jaqgħtu xejn fil-lokalitajiet mar-residenti mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech. Din id-darba f’Marsaxlokk, l-Isla u Ħal Għargħur fejn sema’ lir-residenti u d-diffikultajiet li jgħaddu minnhom ta’ kuljum.
Fil-lokalità ta’ Marsaxlokk, Bernard Grech fakkar li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fir-raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda. Bl-istess mod se jibqa’ jaħdem favurik.
Fiż-żjara li saret fl-Isla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li se tkompli l-ħidma favur iż-żgħażagħ sabiex jikbru l-orizzonti tagħhom – mhux biss f’pajjiżna iżda anke barra minn xtutna.
F’Ħal Għargħur, issemmiet bi prominenza l-importanza li kull individwu jivvota fit-8 ta’ Ġunju sabiex jitwassal messaġġ ċar.
Preżenti għal dawn iz-żjarat kien hemm għadd ta’ deputati, kunsilliera u kandidat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>