Wara ġimgħat sħaħ jinjora t-talba ta’ omm li tilfet lil binha biex issir Inkjesta Pubblika dwar il-mewta traġika ta’ Jean Paul Sofia, Robert Abela għażel li jibbaża d-diskors tiegħu f’Marsaskala fuq ftaħir dwar il-proposti għas-settur tal-kostruzzjoni. Dan wara li l-istess Prim Ministru ġie kritikat għan-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tiegħu… u wara li qatta’ xhur sħaħ jinjora lil Isabelle Bonnici.
Waqt dan id-diskors tkellem ukoll l-MEP tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba li enfasizza ħafna fuq l-għaqda. Dan meta fl-istess jum Robert Abela għażel li jgħid li l-protesta ta’ solidarjetà għal Joseph Muscat mhux qed tiġi organizzata f’isem il-Partit Laburista; turija ċara tal-qasma li hemm fil-partit.
Agius Saliba qal ukoll li l-Prim Ministru qed jimbotta d-djalogu…. meta l-istess Prim Ministru qabad u aġġorna l-Parlament għal wara l-elezzjoni, proprju biex jevita d-diskussjoni.
Intant Alex Agius Saliba baqa’ jgħid li l-Partit Nazzjonalista m’għandux Programm Elettorali, meta fil-fatt, din hija gidba.
F’Marsaskala, tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti, li ma qal xejn ħlief kliem kontra l-Kunsill Lokali Tal-Pietà taħt it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Hu semma wkoll il-Berġa li nfetħet f’Tal-Pietà mingħajr ma ta spjegazzjoni għalfejn l-għassa Tal-Pieta spiċċat reġgħet ingħalqet.
//= $special ?>