Ma’ kull ġurnata li tgħaddi tispikka dejjem aktar id-double standards li japplika Robert Abela u kif dan verament tilef il-kontroll tat-tmexxija. Meta ħarġet l-aħbar li l-Ambaxxatur Malti għal Kuba qed jaffaċċja akkużi kriminali, il-Gvern, korrettament, immedjatament itterminalu l-kariga tiegħu.
Hekk sostna l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fejn stqar li sfortunatament, Robert Abela ma mexiex bl-istess mod meta ġew affaċċjati b’akkużi kriminali Edward Scicluna u Ronald Mizzi, li għadhom sal-lum jokkupaw il-karigi ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Segretarju Permanenti rispettivament.
Il-Gvern u Robert Abela, kompla jgħid il-Partit Nazzjonalista, għandhom jipprattikaw l-ogħla standards dejjem, u mhux skont xi jkollhom aptit u skont lil min jaqblilhom. L-aġir tal-Gvern f’istanzi oħra jikkonferma kemm il-pożizzjoni ta’ Edward Scicluna u Ronald Mizzi mhumiex tenibbli.
//= $special ?>