L-ultimatum li tat l-MUT lill-Gvern sabiex jintlaħaq qbil dwar il-ftehim settorali, issa ġie irtitrat. Dan hekk kif jidher li l-MUT se tkun qed tippreżenta dan il-qbil lill-għalliem, li minn naħa tagħhom se jkunu qed jivvutaw jekk dan il-qbil għandux jiġi approvat jew le.
Jidher madanakollu li l-qbil bejn l-għalliema tal-MCAST u l-Gvern mhux ser ikun qed jintlaħaq fiż-żmien li ġej.
Minkejja li l-letturi ma kellhom l-ebda għażla oħra ħlief li jimplimentaw numru ta’ azzjonijiet, fosthom li ma jagħtux il-marki lill-istudenti, il-Ministru qal biss li kien hemm laqgħat.
Dwar din il-kwistjoni tal-MCAST lanqas biss hemm timeline ċar.
F’dawn l-aħħar jiem, numru ta’ student ilmentaw kif l-eżamijiet tagħhom qed tinbidlihom id-data u għadhom ma jafux meta se jsiru is-synoptics.
Dan minnbarra l-fatt li l-protesti fl-MCAST ilhom iktar minn sena għaddejin. Tant li l-istudenti stess spiċċaw jgħidu li dan il-fatt qed juri biċ-ċar kif l-edukazzjoni mhix prijorità f’pajjiżna… u li dan huwa tort tal-awtoritajiet.
//= $special ?>