Il-Partit Laburista u l-kandidati tiegħu mhux kapaċi jikkundannaw b’mod dirett id-deal skandaluż tal-isptarijiet; deal li sewa lil pajjiżna miljuni kbar ta’ ewro.
Waqt diskussjoni li saret fil-programm NETLIVE, il-kandidat Laburista Daniel Attard ingħata l-ħin kollu sabiex jgħid b’mod ċar kemm insterqu flus minn dan il-kuntratt frawdolenti ma’ Vitals u Steward li sar b’kollużjoni. Attard baqa’ ma kkundannax id-deal tat-tliet sptarijiet.
Ix-Shadow Minister għas-Saħħa Adrian Delia, li kien mistieden għall-istess dibattitu, fakkar kif Robert Abela u Joseph Muscat baqgħu jiddefendu lill-barranin ta’ Vitals u Steward.
Meta ssemmiet l-Inkjesta Vitals, Daniel Attard baqa’ jitfa’ dubji fuq ix-xogħol siewi li twettaq mill-Maġistrat. Tant li ma eskluda xejn, meta kien mistoqsi dwar it-timing ta’ kif ġiet konkluża l-Inkjesta.
Wara li ġiet konkluża din l-Inkjesta, issa jmiss li jitressqu l-Qorti n-nies kollha li ġew implikati – fosthom, Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri, Chris Fearne, Edward Scicluna u oħrajn. Il-kandidat Laburista Daniel Attard ma weġibx jekk hux se jingħaqad għall-protesta barra l-Qorti b’appoġġ għall-Eks Prim Ministru Laburista.
Intant, f’nofs din id-diskussjoni, Daniel Attard prova jimplika li l-PN m’għandux programm elettorali għal dawn l-elezzjonijiet, meta dan ilu ġranet sħaħ li ġie ppubblikat. Il-familji qed jirċievu dawn il-programmi direttament fid-dar tagħhom.
//= $special ?>