Lokali

AĠĠORNATA: Nar kbir li nfirex lejn numru ta’ tyres u kontejners

Residenti ġew ordnati jibqgħu fi djarhom

Numru ta’ vetturi tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu lejn iz-zona tal-Ħandaq wara li żviluppaw nirien għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Sorsi qalulna li n-nar żviluppa f’xi għelieqi, viċin Triq l-Imdina. Fl-istess akkwati hemm ukoll xi djar, tant li r-residenti ġew ordnati jibqgħu ġewwa bil-bibien u t-twieqi magħluqa.

Net News jinsab infurmat li n-nar infirex lejn numru ta’ tyres u kontejners li wkoll spiċċaw fjamma waħda tant li d-daħna sewda dehret minn diversi lokalitajiet fiċ-ċentru ta’ Malta.

Kien għalhekk li nġiebu ħames bowsers biex jinxteħet l-ilma, u jiġi kontrollat in-nar.

Iz-zona ġiet kompletament magħluqa.

Mhux eskluż li fl-għelieqi hemm ukoll xi annimali.

Il-Pulizija kkonfermaw li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.