Kollox beda mill-mument li fih Daniel Attard, fuq Net Television, tefa’ dubji fuq l-eżistenza tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.
Jidher ċar li l-Labour ma kienx kuntent li l-kandidat tiegħu waqa’ fil-muta! Tant li spiċċa sejjaħ lill-media biex jipprova jtaffi xi ftit mill-ħsara li saret.
Fil-fatt, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, tant ħaduha ħażin, li organizzaw press conference ta’ malajr; indirizzata mill-President tal-Labour Ramona Attard u l-kandidat Alex Agius Saliba.
Daniel Attard, ma deher imkien.
F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, Ramona Attard attakkat lill-PN sempliċiment għaliex kixef il-kampanja ta’ fake news li kien qed ixerrrad il-Labour dwar dan il-Programm Elettorali.
Apparti minn hekk, kritikat il-Programm Elettorali għaliex fil-faċċata tiegħu hemm biss ir-ritratt tal-kandidati tal-kampanja għall-MEPs.
Il-Labour jikkritika wkoll il-fatt li l-proposti fil-Programm Elettorali tal-PN saru bil-Malti u bl-Ingliż. Meta hu għamel eżattament l-istess.
Meta f’paniku tal-Labour isejħu l-konferenzi biex iħabbru l-baħħ – PN
Fil-paniku li qabadhom Ramona Attard u l-Partit Laburista, wara li Ramona Attard qattgħet ġranet sħaħ il-Qorti tipprova tiddefendi l-frodi elettorali li wettaq il-Gvern Laburista, Ramona Attard u sħabha organizzaw konferenza ta’ malajr biex jippruvaw jaljenaw lill-poplu minn din l-aħbar.
Wara li ħliet ħinha tipprova tiġġieled ir-rikorsi, u tilfithom, il-President tal-Labour ħarġet tipprova tirredikola l-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonlistsa u ddarset għax il-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net News kellu f’idejh dan il-Programm Elettorali.
Fi kliem il-PN, għax jinsabu mitlufin jippruvaw isolvu l-kriżi li sabu ruħhom fiha, tal-Labour lanqas biss irrealizzaw li l-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista kien diġà ilu l-ġranet jitqassam lill-familji Maltin.
Għall-Partit Nazzjonalista, hu ferm aktar importanti li l-Programm Elettorali tiegħu jasal għand il-poplu milli li jasal għand il-Partit Laburista. Jifhem ukoll li Robert Abela jkun irid jidher fuq kull ħaġa li għandha x’taqsam mal-Partit Laburista għax għadu qed jgħix fid-dell tal-predeċessur tiegħu.
Filwaqt li l-Partit Laburista moħħu fil-ħmerijiet, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jaħdem biex ikun hemm għalik.
//= $special ?>