KM Malta Airlines ikkanċellat it-titjiriet tagħha mill-ajruport ta’ Orly fi Franza u ttrasferixxithom lejn l-ajruport ta’ Charles De Gaulle. Dan minħabba strajk mill-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru fl-ajruport ta’ Orly. It-titjiriet affettwati huma KM 466 u KM 467.
Fi stqarrija, KM Malta Airlines infurmat lill-pubbliku li ttrasferiet lill-passiġġieri li se jużaw dan l-ajruport Franċiż fuq KM3466 li se jitlaq minn Malta fil-5pm ħin lokali; u fuq KM3467 lil dawk il-passiġġieri li ġejjin minn Franza lejn Malta u li jitilqu fid-8.55pm ħin lokali. Iż-żewġ titjiriet se jsiru minn u lejn l-ajruport ta’ Pariġi Charles De Gaulle.
Kull min irid aktar informazzjoni għandu jikkuntattja lil-linja tal-ajru fuq +356 21356000.
Dawk il-passiġġieri li bbukkjaw mal-KM Malta Airlines jistgħu jintolbu rifużjoni.