Kummerċ Lokali

L-HSBC Life Malta tiċċelebra b’avveniment mill-aqwa l-ewwel anniversarju mit-tnedija tal-prodott li jkopri ħames tipi ta’ mard kritiku

Mix-xellug għal-lemin: Josef Camilleri, Head of Products & Distribution HSBC Life Malta; Noel Caruana, Senior Wealth Sales Manager HSBC Life Malta; Muriel Rutland, Head of Wealth & Personal Banking, HSBC Bank Malta; Gregory Inglott, Interim Chief Executive Officer, HSBC Life Malta.

L-HSBC Life Assurance (Malta) Ltd. iċċelebrat l-ewwel anniversarju ta’ dawk li huma l-ħames kriterji ewlenin li jkopru l-mard kritiku fil-polza tal-assigurazzjoni li huma joffru lill-klijenti tagħhom. Il-kumpanija sussidjarja tal-Bank HSBC f’Malta, fakkret din l-okkażjoni b’avveniment speċjali, u li matulha kienet enfasizzata l-kollaborazzjoni b’suċċess bejn HSBC Life u HSBC Bank Wealth Distribution. 

Dan l-avveniment importanti, mhux biss serva bħala rikonoxximent għall-kontribuzzjonijiet pendenti tal-membri ewlenin tat-tim, iżda kompla jixħet aktar dawl fuq l-avvanzi strateġiċi li saru u li kienu possibbli permezz ta’ dan il-prodott ewlieni.

Din iċ-ċelebrazzjoni serviet bħala pjattaforma ideali biex tirrifletti fuq il-kisbiet li saru fis-sena li għaddiet, u biex tagħraf il-ħidma sfiqa u d-dedikazzjoni tal-membri li jiffurmaw parti minn dan it-tim ta’ ħidma. L-isforzi tagħhom kienu kruċjali sabiex jiġu stabbiliti dawk li qed jitqiesu bħala l-ħames eżempji ta’ mard kritiku, bħala prodott imfassal b’mod uniku u li fl-aħħar mill-aħħar, jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti li kontinwament qed jevolvu. Dan l-avveniment wassal sabiex tkun enfassizzata s-sinerġija fost diversi timijiet u ċċelebra s-suċċess kollettiv li sawwar l-ewwel sena ta’ dan il-prodott fis-suq.

Il-ħames kriterji ewlenin li jkopru l-mard kritiku, huma parti minn polza tal-assigurazzjoni li taħdem b’mod indipendenti u li tnediet minn HSBC Life. L-iskop primarju ta’ din il-polza tal-assigurazzjoni tfassal biex isservi ta’ appoġġ lid-detenturi ta’ din il-polza, f’każ ta’ attakk tal-qalb, puplesija, insuffiċjenza tal-kliewi, tilqim tal-bypass tal-arterja koronarja u dijanjożi tal-kanċer.

Din il-polza tħallas pagament ta’ somma waħda u f’daqqa, skont u s-suġġett tal-gravità tal-marda. Fl-istess waqt id-detentur jista’ jagħżel u jiddeċidi hu stess, kif jagħmel użu minn dan l-ammont finanzjarju matul il-perjodu ta’ konvalexxenza. Dan ifisser li din il-polza tippermetti li l-flus mogħtija jistgħu jintużaw sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel tajjeb għad-dejn eżistenti jew sabiex ikopri l-ispejjeż relatati mat-trattament.

Il-‘Life Assured’ toffri wkoll l-għażla li wieħed jista’ jinkludi lit-tfal tiegħu bħala parti minn din il-polza ta’ assigurazzjoni. Dan jista’ jsir mingħajr ebda ħlas jew spejjeż addizzjonali u meta tagħmel hekk tkun qed tkopri finanzjarjament lill-bqija tal-familja.