Luke Littler li għad għandu 17-il sena, kompla jikteb l-istorja meta fl-O2 Arena f’Londra, irnexxielu jirbaħ il-Premier League tad-darts b’rebħa ta’ 11-7 fuq Luke Humphries fil-finali. Hu rnexxielu jagħmel nine-darter fil-11-il rawnd biex b’hekk niżżel ukoll ismu fl-istorja fejn flimkien ma’ Phil Taylor irnexxielu dak li jissejaħ bħala l-‘prefect leg’ fil-finali tal-Premier League.
Littler kien emozzjonat ferm wara l-finali fejn b’hekk jingħaqad mal-lista ta’ rebbieħa preċidenti tal-Premier League fosthom, Phil Taylor, James Wade, Gary Anderson, Michael van Gerwen, Jonny Clayton, Glenn Durrant, u Raymond van Barneveld.
F’kummenti wara l-finali, Littler qal li għal dawk li kellhom xi dubju dwar il-potenzjal tiegħu, issa kienu ħadu r-risposta.
Fi triqitu għall-finali, Littler kiseb post fil-finali wara li għeleb lil Michael Smith 10-5 filwaqt li Luke Humphries għeleb lil Michael Van Gerwen bl-istess skor.
//= $special ?>