Basketball Sport

Luxol Champions tal-Irġiel taħt is-sittax -il sena

minn Colin Schembri

Eurobasket Pembroke 66

Luxol 83

(22-16)(9-24)(25-20)(10-23)

Luxol reġgħu rebħu l-kampjonat tal-irġiel ta’ taħt is-sittax -il sena wara li fit-tieni finali għelbu lil Eurobasket Pembroke 83-66. Luxol rebħu l-ewwel finali tal-kampjonat tal-irġiel ta’ taħt is-sittax –il sena konta Eurobasket Pembroke 78-59. Minkejja dan, ta’ min ifaħħar il-wirja ta’ Eurobasket li għal ħin twil baqgħu viċin l-avversarji. Luxol reġa’ kellom fost l-oħrajn lil Mark Iloube b’27 punt u 27 rebound flimkien ma’ Greg Mizzi bi 22 punt u Klye Galea b’21. Eurobasket kellom 26 punt u 14 -il rebound ta’ Lav Colic u 27 punt  u 10 rebounds minn Chen Junxi. Din id-darba, l-partita kella bidu differenti mill-ewwel waħda għaliex kienu EuroBasket li bdew b’10 punti mingħajr risposta fl-ewwel tlett minuti fosthom trippla ta’ Colic. L-ewwel basket ta’ Luxol ġie minn Mizzi però sas-seba’ minuta Eurobasket kabbru l-vantaġġ 22-7 hekk kif Colix u Junxi komplew bil-punti tagħhom. Hawn però Eurobasket m’għamlux iktar punti u sa tmiem is-sessjoni Luxol kienu diga naqqsu d-distakk għal sitt punti 22-16 hekk kif trippla ta’ Iloube bditilhom run ta’ 9-0. Luxol komplew b’dan ir-ritmu fit-tieni taqsima għaliex għamlu run qawwija ta’ 21 punt mingħajr risposta b’diversi punti ta’ Mizzi u Galea li wkoll kellhu trippla biex sat-tmien minuta kienu 37-22 minn fuq. Finalment Eurobasket kelom run ta’ 9-3 li bdewha b’ħames free-throws wara xulxin biex Luxol daħlu jistrieħu 40-31 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet taqsima iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u sar-raba’ minuta Luxol kienu 12 minn fuq 54-42. Hawn Eurobasket għamlu seba punti mingħajr risposta u żewġ baskets oħra fl-aħħar minuta li rawhom inaqqsu d-distakk għal erba’ punti 56-60. Fl-aħħar taqsima kien hemm bidu tajjeb minn Luxol b’seba’ punti mingħajr risposta bi trippla ta’ Mizzi. Eurobasket kellom risposta minn Kulumbek u Junxi biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 8 punti 62-70. Hawn però Iloube għamel żewġ trippli wara xulxin biex kabbar il-vantaġġ ta’ Luxol li setgħu jikkontrollaw l-aħħar ħinijiet biex rebħu l-partita 83-66 u għalqu l-kampjonat. Fi tmiem il-partita, l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza lil Captain ta’ Luxol Eric Fenech Pace fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom.

Eurobasket Pembroke: Alexander Curmi 1, Marino Ivanovski, Alan Kulumbek 4, Lav Colic 26, Niksa Zivkovic 2, Junxi Chen 27, Tyson Bright, Andrej Ivanovski 2, Yunzhe Wang, Strahina Milosavljevic 4, Djordje Radivojevic, Askar Kolobayev.

Luxol: Jake Gambin, Mark Iloube 27, Kayne Micallef. Greg Mizzi 22, Thomas Cummins, Kyle Galea 21, Jack Gabriele, Dominic Lubimy, Youssef Spiteri, Taeke Rietveld, Eric Fenech Pace 9, Nikolai Sammut 4.

Referees: Ionut Ciurariu, Nelson Da Silva, Gianfranco Russo.