Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar tliet sulari f’Għawdex.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher illi r-raġel li għandu 48 sena residenti r-Rabat Għawdex, waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fit-Teatru Astra li jinsab fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta tal-5:30pm.
Fil-post isejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura fejn huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Birgitte Sultana ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>