Mietu talanqas erba’ persuni fi splużjoni li qerdet parti minn ristorant ta’ żewġ sulari għoli fil-gżira ta’ Majorca.
Il-vittmi kienu raġel Spanjol, żewġ nisa Ġermaniżi u raġel Senegaliż – bl-awtoritjaiet jikkonfermaw madwar 20 midruba. Fl-isplużjoni krollat parti mir-ristorant Medusa Beach Club, li jinsab f’waħda mill-aktar zoni attivi ta’ Palma de Mallorca, il-kapitali ta’ Majorca.
Intant, ir-rapporti qalu li, fl-isplużjoni, numru ta’ nies waqgħu għal isfel mit-tieni sular u spiċċaw fil-parti t’isfel tal-istabbiliment fejn kien hemm numru ta’ klijenti u staff.
Il-Pulizija wara qalu li t-terrazz tar-ristorant sfronda minħabba ‘il-piż eċċessiv’ li kien hemm fuqu – bl-investigaturi qed jindagaw dwar jekk il-bini kienx, fil-fatt, konformi mar-regoli tal-kostruzzjoni speċifiċi.
//= $special ?>