Milan ħabbru uffiċjalment li l-kowċ Stefano Pioli se jkun qed iħalli lill-klabb wara l-aħħar partita mis-Serie A fi tmiem din il-ġimgħa. Pioli ssieħeb ma’ Milan fl-2019 fejn fost l-oħrajn wassal lill-klabb għar-rebħ tal-Kampjonat kif ukoll reġa’ poġġa lil Milan fil-kompetizzjonijiet Ewropej b’mod konsistenti.
Bosta rapporti qed jindikaw li post Pioli mistenni jieħdu l-eks kowċ ta’ Roma Paulo Fonseca fejn mistenni jwettaq numru ta’ bidliet fl-iskwadra ta’ Milan.
Intant, l-attakkant Olivier Giroud li fl-aħħar ġimgħat ħabbar li wkoll se jkun qed iħalli lil Milan, fl-aħħar sigħat ħabbar li wara l-Euro 2024 se jkun qed itemm l-avventura tiegħu mat-tim nazzjonali Franċiż. Giroud stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa attakkanti fl-iskwadra ta’ Didier Deschamps fejn wassal lil pajjiżu għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja u anke tal-Kampjonati Ewropej.
//= $special ?>