West Ham United ħabbru lil Julen Lopotegui bħala l-kowċ il-ġdid tal-klabb fejn iffirma kuntratt ta’ sentejn b’għażla li dan il-kuntratt jiġġeded b’sena oħra.
Lopotegui se jkun qed jieħu post David Moyes li ħalla lill-klabb fi tmiem l-istaġun. Moyes, li ħa t-tmexxija tal-Hammers f’idejh għat-tieni darba f’Diċembru tal-2019, wassal lil West Ham għar-rebħ tal-UEFA Conference League fi tmiem l-istaġun 2022-2023.
F’kummenti mal-midja wara l-ħatra tiegħu, l-eks kowċ ta’ Wolves fost l-oħrajn qal li jinsab kuntent li se jkun parti mill-futur ta’ dan il-klabb. Hu żied jgħid li l-klabb jidher li għandu bażi soda u l-għan tiegħu se jkun li jara li t-tim ikun wieħed kompetittiv.
L-eks kowċ ta’ Sevilla u Real Madrid, rebaħ l-Europa League ma’ Sevilla fil-2020 qabel ma ssieħeb ma’ Wolves fl-2022 fejn irnexxielu jtemm fit-13-il post, minkejja li l-klabb kien fl-aħħar post tal-klassifika meta hu daħal fil-kariga.
//= $special ?>