Raġel ta’ 24 sena sofra ġrieħi gravi wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-17:15, fi Triq Mikiel Anton Vassalli, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn BMW misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Peugeot Tweet misjuq
minn raġel ta’ 24 sena u residenti Santa Venera.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi
gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>