Lokali

Żewġ persuni l-isptar wara li ħabtu fil-fast ferry bil-jet ski

Żewġ Franċiżi kellhom jittieħdu l-isptar Ġenerali t’Għawdex wara li baqgħu deħlin fil-fast ferry bil-jet ski.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa waranofsinhar għall-ħabta tas-1:45 bejn Kemmuna u Ħondoq ir-Rummien.

Il-Pulizija qalet li s-sewwieq tal-jet ski – raġel Franċiż – kif ukoll il-passiġġiera ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.

S’issa għadu mhux magħruf l-identitajiet tal-Franċiżi u l-kundizzjoni tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.