Hekk kif l-elezzjonijiet ta’ Ġunju jinsabu wara l-bieb, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iddedika ġurnata oħra mal-Għawdxin sabiex jisma’ u jifhem aħjar minn xiex inhuma għaddejjin u x’hemm bżonn li jitjieb għal din il-gżira.
Fi żjara li għamel fl-ewwel nofsinhar tas-Sibt fir-Rabat, l-Għawdxin qalulu kif Għawdex jiddependi fuq it-turiżmu li huwa ferm essenzjali għall-ekonomija u b’hekk jeħtieġ iktar investiment favur dan is-settur.
Bernard Grech sema’ wkoll dwar il-kwistjoni tat-trasport bejn Għawdex minn Malta li għadha sal-lum il-ġurnata toħloq sfidi ta’ ivvjaġġar meta tikkunsidra li hemm nuqqas ta’ servizzi li għadhom mhux disponibbli f’Għawdex.
Tħassib ukoll dwar l-għoli tal-ħajja u anke l-qerda ambjentali li qed isseħħ b’rata maġġgħla fuq il-gżira Għawdxija.
Iżda fuq fomm kull Għawdxi kien is-servizzi ta’ kura tas-saħħa li spiċċa tnaqqar meta l-Gvern Laburista għażel li jagħti l-Isptar t’Għawdex lill-barranin għall-miljuni ta’ ewro bħala parti minn deal frawdolenti.
B’Bernard Grech ma’ Net News wiegħed ħidma ma’ taqta’ xejn favur l-Għawdxin, kemm fuq livell lokali u anke Ewropew.
Matul iż-żjara, li għaliha kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-PN, Michael Piccinino u diversi deputati u kandidati tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, Bernard Grech żar il-Club ta’ Victoria Hotspurs fejn magħhom tkellem dwar il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-isport. Huwa ġie ppreżentat gear tal-Club bħala tifkira taż-żjara.
Bernard Grech żar ukoll lill-eks Ministru għal Għawdex u eks Speaker tal-Parlament Malti, Anton Tabone.
//= $special ?>